Baġit | €1.50 kuljum għall-ħaddiema tal-Gvern Għawdxin li jinżlu Malta bi trasport kollettiv

Il-ħaddiema kollha Għawdxin li jaħdmu Malta se jibdew jibbenefikaw mill-Gozitan Works Subsidy

Il-Gvern se jkun qiegħed jagħti kumpens ta' €1.50 kuljum lil dawk il-ħaddiema tal-Gvern Għawdxin li jorganizzaw trasport kollettiv biex jinżlu għax-xogħol.

Minn din il-miżura, qed ikun stmat li se jibbenefikaw madwar 1,000 ħaddiem Għawdxi.

Apparti minn hekk, il-Gvern se jkun qiegħed jagħti t-tax credit lill-kumpaniji privati biex jorganizzaw trasport kollettiv għall-ħaddiema fis-settur privat.

Mhux hekk biss, iżda l-ħaddiema kollha Għawdxin li jaħdmu Malta se jibdew jibbenefikaw mill-Gozitan Works Subsidy.

Dan ifisser li mis-sena d-dieħla, il-ħaddiema kollha Għawdxin li jaħdmu Malta u mhux dawk tal-Gvern biss, se jkunu intitolati għal din l-għajnuna li tikkonsisti fir-rifużjoni tal-biljett tal-vapur.

Madwar 3,000 persuna li jaħdmu mal-privat se jgawdu minn din il-miżura.

More in Politika