Baġit | Se tiżżewweġ? Il-Gvern jista' jagħtik sa €2,000

L-aħħar darba li ġiet aġġustata din ir-rifużjoni kien fl-2014

Il-ġurnata tat-tieġ hija bla dubju waħda mill-isbaħ ġranet għall-koppja li jkunu ilhom snin sħaħ jippreparaw għal dan il-jum speċjali. Iżda l-ispejjeż marbuta ma' din il-ġurnata huma bla dubju biċċa uġigħ ta' ras.

Il-Baġit ħaseb ukoll għal dawn il-koppji hekk kif minn Jannar tas-sena d-dieħla, ir-rifużjoni li dawn jingħataw fuq l-ispejjeż tat-tieġ se tkun qed titla' sa massimu ta' €2,000.

L-aħħar darba li ġiet aġġustata din ir-rifużjoni kien fl-2014 u din iż-żieda tammonta għal €250.

More in Politika