Baġit | Trasport pubbliku b'xejn għaż-żgħażagħ bejn l-14 u l-20 sena

Eliġibbli wkoll dawk li għalqu l-20 u  għadhom studenti full-time u 'l quddiem il-miżura se tkun estiża wkoll għall-persuni b’diżabilità

It-trasport pubbliku b’xejn se jkun estiż biex mis-sena d-dieħla jibdew jibbenefikaw ukoll żgħażagħ li għandhom 14 u 15-il sena.

Dan ifisser li dawk kollha li għandhom bejn l-14 u l-20 sena se jkunu qed jibbenefikaw minn trasport pubbliku b’xejn.

Apparti minn hekk, l-għoti tal-Linja Card b’xejn se tkun estiża wkoll għal dawk li jkunu għalqu l-20 sena iżda jkunu għadhom student full-time.

Is-sena li għaddiet, kienu ż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-20 sena li kienu qed jivjaġġaw b’xejn fuq il-karozzi tal-linja u minnha bbenefikaw mal-21,000 żagħżugħ u żagħżugħa.

Il-Gvern se jkun ukoll qed jiddiskuti mas-CRPD u l-Aġenzija Sapport biex anke persuni b’diżabilità tingħatalhom tal-Linja Card b’xejn.

More in Politika