Baġit | 'Single', taħdem part-time u taqla' inqas mill-paga minima? Daqshekk ħallast taxxa

Miżura għal dawk il-persuni li flok full-time wieħed, jaħdmu aktar minn part-time wieħed u d-dħul tagħhom ma jaqbiżx il-paga minima.

Jekk int ħaddiem li għal fini ta’ taxxa qiegħed irreġistrat bħala ‘singoli’ hawn miżura li tista’ tgħodd għalik.

Il-Gvern spjega li għal dawk li d-dħul tagħhom huwa minn xogħlijiet part-time li jaqilgħu aktar minn €9,100 iżda li xorta waħda d-dħul ma jaqbiżx il-paga minima, mhux se jkunu qed jiġu intaxxati.

Il-Ministru qal li din il-miżura se tkun qed tindirizza anomalija, għax hawn persuni li flok jaħdmu full-time, jagħmlu aktar minn part-time wieħed u d-dħul tagħhom ma jabiżx il-paga minima.

More in Politika