Baġit | Taqla' inqas minn €20,000? Tista' tieħu €96 aktar f'Children’s Allowance

L-ogħla rata ta’ Children’s Allowance se tkun qed tiżdied sa massimu ta’ €96 fis-sena għal kull wild

Jekk id-dħul tiegħek ma jaqbiżx €20,000 fis-sena u għandek it-tfal, se tkun qed tibbenefika minn żieda fiċ-Children’s Allowance.

Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif l-ogħla rata ta’ Children’s Allowance se tkun qed tiżdied sa massimu ta’ €96 fis-sena għal kull wild.

Qed ikun stmat li minn din il-miżura se jkunu qed igawdu 24,600 tifel u tifla minn 16,500 familja u se tiswa lill-Gvern €2 miljun fis-sena.

More in Politika