Baġit | Se tiżdiedlek ġurnata oħra 'leave' s-sena d-dieħla

Il-Gvern ikompli jwettaq il-wegħda illi jingħataw lura bħala ġurnata 'leave' dawk il-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa

Ġurnata iktar leave s-sena d-dieħla
Ġurnata iktar leave s-sena d-dieħla

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar illi l-Gvern se jkompli jwettaq il-wegħda li kien għamel il-Partit Laburista, jiġifieri li jagħti lura bħala vaganza ħames festi pubbliċi  li kienu jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa u li ma baqgħux jingħataw bħala ġurnata 'leave' mill-Gvern preċedenti. 

Dan ifisser li s-sena d-dieħla se jkollok ġurnata iktar 'leave' minn dak li għandek sal-lum. 

Il-Gvern kien diġa ta' l-ewwel ġurnata leave s-sena l-oħra. Jiġifieri fl-2019 se jkollok jumejn aktar milli kellek fl-2017. 

More in Politika