Baġit | Kumpens għall-membri tal-Forzi tal-Ordni li jkorru jew iweġġgħu waqt xogħolhom

Minn dan il-kumpens se jkunu qed jibbenefikaw il-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili u anke dawk tal-Forzi Armati

Miżura oħra mħabbra fil-Baġit għas-sena d-dieħla huwa kumpens awtomatiku li se jibda jingħata lill-membri tal-Forzi tal-Ordni li jweġġgħu jew inkella jitilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom.

Il-Ministru Scicluna spjega li minn dan il-kumpens se jkunu qed jibbenefikaw il-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili u anke dawk tal-Forzi Armati.

Il-Gvern qiegħed jikkunsidra wkoll li aktar 'il quddiem jestendi dan il-kumpens lil dawk il-ħaddiema kollha tal-Gvern li jweġġgħu jew jitilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol.

L-għan ta' din il-miżura huwa li tgħin finanzjarjament lill-familji ta' dawk il-persuni li jkunu korrew jew saħansitra tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol u li kawża tal-inċident ikollhom jiefqu jaħdmu għal tul ta' żmien.

More in Politika