Baġit | Żieda ta' €2.33 fil-ġimgħa u €3 oħra għal min qiegħed fuq il-paga minima

...jiġifieri żieda ta' €120 fis-sena u ftit inqas minn €277 fis-sena għal dawk li jinsabu fuq il-paga minima

€2.33 għal kulħadd u €3 għal dawk fuq il-paga minima
€2.33 għal kulħadd u €3 għal dawk fuq il-paga minima

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar illi l-kumpens għall-għoli tal-ħajja se jkun ta' €2.33 fil-ġimgħa, jew €121 fis-sena. Dan l-ammont jinħadem fuq mekkaniżmu partikolari li jikkalkula kif u b'kemm għolew il-prezzijiet (Retail Price Index). Uħud mill-korpi kostitwiti qed jitolbu li dan l-indiċi jinbidel biex ikun jirriflettti aħjar l-għoli tal-ħajja. 

Imma aktar minn hekk, dawk li qegħdin fuq il-paga minima u li ilhom fuqha għal mill-inqas sena se jkunu qed jieħdu €3 oħra bħala żieda li jfisser illi se jieħdu €5.33 fil-ġimgħa jew €277 żieda fis-sena. Din iż-żieda hija parti minn ftehim li sar is-sena l-oħra u li jara l-pagi kollha jiżdiedu, inkluż dik minima. 

More in Politika