Issa kkonfermata; Il-ġurnalist Sawdi kien maqtul

18-il persuna arrestata f'konnessjoni ma' dan il-qtil li seħħ f'Konsulat f'Istanbul

Jamal Khashoggi, il-ġurnalist maqtul f'Istanbul
Jamal Khashoggi, il-ġurnalist maqtul f'Istanbul

L-Arabja Sawdija kkonfermat illi l-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-fatt inqatel fil-Konsulat ta' Istanbul waqt ġlieda li nqalgħet f'dan il-post. Skont ix-xandir tal-istat Sawdi l-ġlieda qamet bejn Khashoggi u dawk li ltaqa' magħhom fil-Konsulat, inkontru li ħallieh bla ħajja. 

18-il persuna ġew arrestati s'issa f'konessjoni ma' dan il-qtil. 

Khashoggi kien irrappurtat nieqes nhar it-2 ta' Ottubru wara li mar fil-Konsulat biex jiġbor xi karti dwar iż-żwieġ tiegħu. 

 

More in Politika