44 immigrant se jiddaħħlu Malta wara li l-Italja rrifjutathom

L-immigranti kienu 58 mil nawtiku 'l bogħod minn Lampedusa, iżda l-Gvern Taljan rrifjuta li jgħin...

Fil-lejl tal-15 ta' Ottubru 44 immigrant kienu f'diffikultà fuq id-dgħajsa tal-injam li kienu fuqha. Minkejja li d-dgħajsa kienet 58 mil nawtiku mill-gżira Taljana ta' Lampedusa, l-Gvern Taljan irrifjuta li jagħti kwalunkwe tip ta' għajnuna u għalhekk ħarġu jagħtu l-għajnuna l-Forzi Armati ta' Malta (AFM). 

Minħabba li l-kundizzjonijiet tat-temp bdew jeħżienu l-AFM żammew lill-immigranti fuq id-dgħajsa tagħhom. 

L-44 immigrant se jiddaħlu aktar tard ilejla fil-portijiet Maltin, bil-Gvern jiċċara li se jagħmel dan mingħajr ebda preġudizzju lejn il-Liġi Internazzjonali

More in Politika