Hillman fost il-konsulenti tal-MGA...jaqla' €4,000 kull xahar

Fil-Parlament ilejla l-PM Joseph Muscat jippublika lista ta' konsulenti u kemm qed jaqilgħu kull xahar jew fis-sena

Adrian Hillman
Adrian Hillman

Adrian Hillman qed jirċievi total ta' €4,000 kull xahar f'konsulenza mal-Malta Gaming Authority (MGA). Dan ifisser li minn din il-konsulenza Hillman qed jaqla' €48,000 kull sena. Dan kien żvelat ilejla fil-Parlament mill-PM Joseph Muscat hekk kif kienet ippublikata lista ta' konsulenti li qed jitħallsu minn entitajiet differenti tal-Gvern. 

Muscat kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista jason Azzopardi. 

Hillman kien imexxi l-Allied Newspapers sakemm irreżenja minħabba allegazzjonijiet mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illi iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri għadda €650,000 lil Hillman. Busuttil kien qal li t-trasferimenti ta' flus kienu saru permezz ta' kontijiet fil-Ġermanja u Ġibiltà għal kont ta' Hillman fil-British Virgin Islands u kien allega li dan kien każ ċar ta' ħasil ta' flus. Hu kien ukoll ta dettalji tal-allegati ħlasijiet li saru minn persuna għall-oħra. 

L-uniċi żewġ minn nies li fil-fatt jaqilgħu iktar flus f'konsulenzi, skont il-lista ppublikata minn Muscat ilejla, huma Vincent Marmara li mill-MGA ukoll jaqla €4,250 fix-xahar f'konsulenzi u Sir Edward Garnier, konsulent legali mal-MFSA li f'sena jaqla' €51,000 f'konsulenzi. 

 

More in Politika