Aġġornata | Qbil biex jinfetaħ l-istaġun tal-insib għal żewġ speċi ta' għasafar

....bi kwota ta' 5,000 malvizz u 700 pluvier...

Malta se tiftaħ l-istaġun tal-insib għall-pluvieri u l-malvizz wara qbil bejn il-Gvern u l-Kummissjoni Ewropea. 

Malta ntqalilha li ma tistax tagħmel deroga mill-projbizzjoni tal-UE fuq l-insib tal-isponsun wara li tilfet każ quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. 

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal illi skont dan il-ftehim Malta nassab se jkiollu mansab wieħed minflok tnejn bi kwota ta' 5,000 malvizz u 700 pluvier. Għall-ewwel darba il-mansab se jkun reġistrat u jkunu pubbliċi fil-websajt tal-Wild Birds Regulationn Unit. 

Intant, fi stqarrija b'reazzjoni ta' dan, BirdLife Malta qalet li wara l-aħbar tal-lum kitbet lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkonferma dan il-qbil. "Il-Kummissjoni qatt ma tagħmel arranġamenti bħal dawn," irrimarkat il-BirdLife Malta.

Fl-istess waqt, huma qalu li, "jinsabu sodisfatti ħafna li għall-ewwel darba din is-sena mhux se jkun qed issir insib fuq l-isponsuni u li għall-ewwel darba wkoll, se tiġi ppubblikata l-lista tal-postijiet tal-insib.Minkejja dan, huma saħqu li skonthom, "Il-Gvern Malta qiegħed jidħaq bill-Kummissjoni Ewropea, meta jgħid li jista' jiżgura li se jiġu kkontrollati dawn il-kwoti tal-insib."

More in Politika