'M'intomx waħedkom' - L-Arċisqof Scicluna lill-familja ta' Daphne

L-Arċisqof jgħid li pajjiżna u l-Ewropa għandhom bżonn ġurnalisti li jkunu widnejn u għajnejn il-poplu...

F’għeluq l-ewwel anniversarju mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-Arċisqof Charles J Scicluna sellem il-memorja tal-ġurnalista u insista li "iktar minn qatt qabel, il-ġurnalisti jeħtieġu l-protezzjoni tal-Istat u tas-soċjetà biex iħarsu l-libertajiet taċ-ċittadini kollha."

"Ħsiebna jmur illum lejn Daphne li għaliha noffru t-talb tagħna b’suffraġju għal ruħha; imma wkoll lejn il-ġenituri tagħha, Michael u Rose; żewġha Peter u wliedha Matthew, Andrew u Paul; ħutha Corinne, Mandy u Helene; u lejn il-familjari u l-ħbieb tagħha li wkoll saret inġustizzja magħhom li ma tistax tissewwa. Il-preżenza tagħna llum hija turija ta’ solidarjetà magħkom u messaġġ li intom m’intomx waħedkom," sostna Scicluna. 

Huwa fakkar kif is-sena l-oħra kien appella lill-ġurnalisti biex ma jibżgħux u biex ikunu l-widnejn u l-għajnejn tal-poplu. 

 “Aħna għandna bżonnkom ħielsa, intelliġenti, inkwiżittivi, onesti, sereni, u protetti”. 

More in Politika