'Lili l-Partit Nazzjonalista ma jridnix' - Vella de Fremaux

Nickie Vella De Fremaux tkompli twieġeb lil dawk li qed jikkummentaw taħt il-post tagħha dwar is-serje 'Fattigi.'

Mart il-Kap tal-Oppożizzjoni, Nickie Vella De Fremaux, qalet ċar u tond li "lili l-Partit Nazzjnalista ma jridnix."

Hija qalet dan hekk kif għadhom għaddejin il-kummenti u l-botta u r-risposta taħt il-post li kitbet hi stess dwar is-serja 'Fattigi' li qed tintwera fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista.

Hija u twieġeb lil wieħed minn ħafna persuni li kkumentaw taħt il-post tagħha, Vella De Fremaux saħansitra qalet li "kienet mhedda" biex ma tiddefendix lil Sandro Vella, li hi qed tisħaq li nkisrulu d-drittijiet tiegħu għax l-istorja wara 'Fattigi' kienet tiegħu u "nsterqitlu."

Is-serja qed tittella' mill-kumpanija 'Watermelon Media'  liema kumpanija kienet ta' Pierre Portelli, wieħed mill-aktar persuni viċin Adrian Delia. Illum, il-kumpanija hija mmexxija minn mart Portelli.

Dan kien wassal lil Pierre Portelli biex iwieġeb lil mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u jakkużaha li qed tintuża bħala arma kontra l-Partit Nazzjonalista.

“Ma għandekx idea tad-dettalji ta’ dan l-episodju tad-dwejjaq f’ħajti. Bellgħulek il-gideb u ma kellekx ċans biex tisma’ n-naħa l-oħra tal-istorja," kien kitbilha Portelli.

More in Politika