'Ħsibijietna mal-familja u l-ħbieb ta' Caruana Galizia' - Il-Gvern

Il-Gvern saħaq li jibqa' determinat li ssir ġustizzja

Il-familja ta' Daphne Caruana Galizia fi Brussell
Il-familja ta' Daphne Caruana Galizia fi Brussell

Sena wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-Gvern ħareġ stqarrija li fiha saħaq li “ħsibijietna huma mal-familja u l-ħbieb li bla dubju għadhom qed iħossu t-telfa li ġarrbu minħabba dan l-att bla sens ta’ vjolenza.”

Il-Gvern insista li jibqa’ determinat li jassigura li ssir ġustizzja.

Fakkar li tliet persuni ġew arrestati b’rabta mal-qtil u saħaq li jinsab ċert li min hu responsabbli se jinstab u jittieħed quddiem il-ġustizzja. Kien għalhekk li insista se jibqa’ jagħti l-appoġġ kollu lill-Pulizija u lill-Maġistrat.

“Malta tibqa’ kommessa li tgħożż id-drittijiet umani, il-libertà tal-kelma, il-protezzjoni tal-ġurnalisti u r-rule of law. Dan l-anniversarju jservi ta’ tfakkira li rridu naħdmu fimkien biex nipproteġu l-libertajiet li tagħtina s-soċjetà demokratika.”

More in Politika