Il-Ministru Farrugia jiċħad li l-Gvern se jneħħi lill-Kummissarju Cutajar

L-istorja li xxandret ilbieraħ fuq NET TV, kienet tgħid li Lawrence Cutajar kien mistenni jitneħħa b'mod imminenti

F'kummenti esklussivi ma' dan is-sit il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia ċaħad bil-qawwi storja li kienet imxandra ilbieraħ fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista li kienet tgħid ili l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar huwa mistenni jitneħħa b'mod imminenti u minfloku jinħatar l-assistent kummissarju Ian Abdila.

Fuq il-programm 'Sorsi Infurmati', intqal li Cutajar se jitneħħa għaliex il-Gvern m'għadux jarah bħala l-persuna kompetenti biżżejjed sabiex tmexxi l-Korp tal-Pulizija.

More in Politika