Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

'Il-Moll tal-Marsa': Iċ-ċentru ta' traffikar u kuntrabandu fil-Mediterran - rapporti

Id-dettalji ħarġu minn investigazzjoni mill-'Guardia di Finanza' u ppubblikati ilbieraħ fuq 'La Reppublica'

Liam Carter / 11 t'Ottubru 2018 10:02
Rapporti ġodda fil-midja Taljana ppubblikati lbieraħ filgħaxija qeħdin jallegaw li moll diżabitat fil-Marsa huwa ċ-ċentru tat-traffikar illegali fil- Mediterran. Il-Moll inkwistjoni jinsab viċin, il-maħżen tal-patata fejn lura f'Diċembru li għadda, inqabdu s-suspettati fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia 

Skont il-Kurunell Giuseppe Campobasso, il-kap tal-Pulizija finanzjarja f’Palermo tal-iskwadra ta’ kontra d-droga, "Malta saret iċ-ċentru tal-kuntrabandu, li jinkludi traffikar ta' droga speċjalment il-hashish, sigarretti u kif ukoll fjuwil. Skont l-investigazzjoni dan it-traffikar illegali fil-Mediterran jasal anke sa pajjiżi bħal Marokk u Ċipru."

Notevolement, il-gazzetta Taljana La Reppublica, ssemmi wkoll lil kummerċjant tad-deheb Silvio Mizzi, Paul Attard ta' Patron Group, il-Kaptan David Bonello kif ukoll l-Irlandiż Joseph Anthony O' Conner, skonta kollha 'konnessi' mal-każijiet mikxufa mill-pulizija Taljana.

 

 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook