Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Busuttil illejla' jerġa jinsisti li jemmen li Egrant hija ta' Muscat

...jgħid ukoll illi l-inkjesta ma kkonkludietx li Egrant ma' kinitx ta' Muscat, imma li m'hemmx provi li juru illi fil-fatt kienet

Albert Gauci Cunningham / 10 t'Ottubru 2018 19:13
Ilejla fil-Parlament l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil reġa insista illi hu jemmen li Egrant hija tal-Prim Ministru Joseph Muscat, allegazzjoni li inizzjalment kienet saret minn Daphne Caruana Galizia.

Busuttil saħaq li r-rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja ma jgħidx li Egrant mhix tal-Prim Ministru, imma li ma nstabux biżżejjed provi li hija tal-Prim Ministru. Busuttil jinnota li hemm diffferenza bejn dawn it-tnejn. 

Ir-rapport tal-inkjesta, liema inkjesta damet għaddejja iktar minn sena, jgħid li m'hemm xejn li jorbot lill-Michelle Muscat ma' Egrant. Il-konklużjonijiet jgħidu wkoll illi fil-Bank Pilatus ma kienx hemm kont f'isem il-kumpanija Egrant u li allura m'għaddewx l-allegati $1 miljun mill-Ażerbajġan għal dan il-kont. Bugeja sab ukoll li l-firma tar-rappreżentanta ta' Mossack Fonseca fuq id-dikjarazzjoni li allegatament turi li Michelle Muscat hija sidt il-kumpanija, kienet falza filwaqt li sab diskrepanza notevoli bejn ix-xhieda ta' Caruana Galizia u Maria Efimova. Caruana Galizia qalet lill-Maġistrat illi kienet Efimova li tatha d-dikjarazzjoni dwar Egrant, hekk kif ħaditha mill-Bank Pilatus, filwaqt li Efimova qalet li kienet Caruana Galizia li tatha din id-dikjarazzjoni. 

Kif kien żvela dan is-sit, Efimova, ix-xhieda prinċipali, qatt ma tat dokumenti lill-Maġistrat. Kien Pierre Portelli, dak iż-żmien Editur mal-gazzetta The Malta Independent li għadda din id-dikjarazzjoni fil-Qorti. 

Intant id-Deputat Speaker keċċiet lid-Deputat Glenn Bedingfield 'l barra mill-Parlament u wissiet li mhix se tippermetti li jintqal kliem ħażin fil-Parlament. 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook