Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

MEPs jisħqu li għandhom jaqgħu l-libelli kollha kontra Daphne

Ħeġġew lil Ministri Fearne, Bonnici u Scicluna biex jikkundannaw kliem ta' mibegħda kontra Caruana Galizia u l-familja tagħha

Yendrick Cioffi / 20 ta' Settembru 2018 16:35
Id-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li fl-aħħar jumejn kienet f’Malta biex tinvestiga s-Saltna tad-Dritt, ħeġġet lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici biex jikkundannaw il-kliem ta’ mibegħda kontra Daphne Caruana Galizia u l-familja tagħha.

Waqt konferenz tal-aħbarijiet, fi tmiem iż-żjara tagħhom f’Malta, l-Ewroparlamentari saħqu li għandhom jaqgħu l-każijiet kollha ta’ libelli li nfetħu konta Caruana Galizia u li issa waqgħu f’idejn il-familja tagħha u talbu wkoll li tkun indirizzata l-kwistjoni tal-Monument tal-Assedju.

Iċ-Ċermen tad-Delegazzjoni Sophia in 't Veld saħqet li l-Ministri dehru lesti li jikkoperaw u jindirizzaw dawn il-punti.

Fil-fatt qalet li meta talbet lill-Ministri biex jistiednu Kummissjoni magħmulha minn eks membri tal-ġudikatura, esperti u akkademiċi biex jagħtu ħarsa lejn il-ħarsien tal-liġi f’Malta, l-istess tliet Ministru dehru li qablu.

Sophia in 't Veld qalet ukoll li tul il-jumejn li qattgħu f'Malta, innutat id-diviżjoni politika li hawn u ħeġġet lill-partiti politiċi biex jaħdmu sabiex jegħlbuha.

Dwar Egrant, ħeġġet lil kull minn għandu r-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant biex jippubblikawh.

Saħqet li huwa fl-interess tad-demokrazija li l-poplu kollu jkun jaf x’fih ir-rapport. Insistiet li d-delegazzjoni ngħatat biss sommarju ta’ 50 paġna mir-rapport sħiħ.

Malta kienet it-tieni pajjiż li żaret din id-delegazzjoni li kompliet fejn ħalliet dik immexxija minn Ana Gomes. Qabel Malta huma żaru l-Islovakkja fejn kien inqatlu l-ġurnalist Ján Kuciak u s-sieħba tiegħu.

L-Ewroparlamentari Roberta Metsola hija parti minn din id-delegazzjoni.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook