Il-PM jgħid li ħafna mill-mexxejja Ewropej jixtiequ referendum ieħor dwar Brexit

Huwa qal dan f'intervista li saritlu fuq BBC Radio 4

Ritratt | EU Observer
Ritratt | EU Observer

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-mexxejja Ewropej kważi kollha jaqblu li jiġri l-impossibbli, jiġifieri li r-Renju Unit jgħaddi minn referendum ieħor dwar Brexit.

Muscat qal dan waqt intervista li kellu fuq BBC Radio 4 hekk kif bħalissa qed jattendi għal-summit informali f’Awstrija mal-mexxejja Ewropej.

Fost affarijiet oħra, qed ikun diskuss il-ftehim li qed jimbotta ‘l quddiem il-Gvern Ingliż, magħruf bħala 'Chequers,' hekk kif fi żmien sitt xhur, ir-Renju Unit se jitlaq uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru Theresa May dejjem irrifjutat l-idea ta' referendum ieħor, anke hija u tindirizza lill-mexxejja Ewropej u tħeġġiġhom biex jaċċettaw l-aħħar pjan dwar Brexit.

“Min-naħa ta’ Malta, aħna rridu li jkun hemm ftehim, iridu li l-Unjoni Ewropea tkun flessibli kemm jista’ jkun, u Malta se tkun flessibli kemm jista’ jkun," saħaq il-Prim Ministru li iżda insista li ma jistax ikun hemm eċċezzjonijiet għar-regoli Ewropej.

More in Politika