Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Bdoti tal-Air Malta jċemplu ma jifilħux; Dalgħodu l-ebda titjira ma ġiet affetwata

Ilbieraħ ġew ikkanċellati titjiriet minn u lejn l-Ajruport ta' Orly f'Pariġi

Yendrick Cioffi / 20 ta' Settembru 2018 09:58
Ilbieraħ, titjiriet tal-Air Malta minn u lejn l-Ajuport ta’ Orly f’Pariġi kellhom jitħassru f’qasir żmien wara li numru ta’ piloti ċemplu li ma jifilħux.

Madanakollu jidher li dalgħodu ma ġiet affetwata l-ebda titjira oħra.

Il-passiġġiera tal-bieraħ kienu għaddew mill-proċess taċ-check-in għat-titjira KM466 li kellha tħalli Malta fit-3:10pm.

Aktar ma qorob il-ħin, kien immarkat li t-titjira se ddum ma titlaq u kien ftit qabel il-5pm meta l-passiġġiera ġew infurmati li t-titjira ġiet ikkanċellata.

It-titjira minn Pariġi kellha tħalli Franza fid-9:15pm iżda l-passiġġiera laħqu waslu l-ajruport meta ġew infurmati li t-titjira ġiet ikkanċellata.

F’kummenti mal-MaltaToday, kelliem għal-Linja tal-Ajru qal li t-titjira kellha tiġi kkanċellata wara li “numru bla precedent ta’ piloti ċemplu li ma jifilħux.”

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook