Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Il-PL jaqbel mal-PN biex George Hyzler jinħatar Kummissarju Parlamentari għal-Istandards

Hyzler huwa eks Deputat u eks Segretarju Parlamentari Nazzjonalista 

Albert Gauci Cunningham / 15 ta' Settembru 2018 12:46
George Hyzler ma' Gianella DeMarco
Il-Grupp Parlamentari Laburista illum qabel mal-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, dwar il-ħatra ta’ Dr George Hyzler bħala Kummissarju Parlamentari għall-Istandards.

"B’din il-ħatra se tiġi fis-seħħ liġi oħra importanti li daħħal dan il-Gvern u li se tkompli iżżid il-governanza u transparenza fil-pajjiż," sostna l-Partit Laburista

Hyzler huwa eks Deputat u eks Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiżi taħt Gvern Nazzjonalista bejn l-1998 u l-2003.

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook