Graffitti jirrikonoxxu ħidmet il-Pulizija u jsejħu 11-il applikazzjoni għal pompi bħala 'ġennata'

Il-Moviment Graffitti jirrikonoxxi li l-Pulizija kienu qed jagħmlu xogħolhom anke jekk kien hemm min eseġera...

11-il applikazzjoni għal pompi tal-pettrol
11-il applikazzjoni għal pompi tal-pettrol

"Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li wrew is-solidarjetà tagħhom magħna tul dawn il-jumejn, il-Moviment Graffitti u l-Kamp Emerġenza Ambjent jemfasizzaw li t-tħassib ewlieni jibqa’ il-Fuel Service Station Policy u l-imġieba offensiva tal-PA, u mhux l-azzjonijiet tal-pulizija." Hekk sostna l-Moviment Graffitti fi stqarrija dalgħodu illi fiha irrikonoxxew li l-uffiċjali tal-pulizija kienu sempliċiment qed jagħmlu xogħolhom anke jekk jinsistu li wħud eseġeraw.

"Nistiednu lil kulħadd sabiex jiffoka fuq il-kwistjoni l-iktar urġenti: disa’ xhur wara li ġiet imwiegħda reviżjoni tal-Fuel Service Station Policy, din il-policy redikola għadha hemm, mingħajr ebda riforma. Il-fatt li l-applikazzjoni għal pompa tal-petrol fiż-Żejtun ġiet irrifjutata hija xi ħaġa pożittiva, imma mhux ta’ sinifikat kbir. Erba’ pompi tal-petro diġà ġew approvati f’dawn l-aħħar xhur, ħdax-il applikazzjoni oħra għadhom iridu jiġu pproċessati, u iktar applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi. B’kollox, id-daqs ta’ seba’ darbiet il-fosos tal-Furjana jista’ jittieħed għal pompi tal-petrol fuq art agrikola u naturali. Din hija ġennata u hemm bżonn li tieqaf immedjatament."

"L-azzjoni tagħna tal-Ħamis li għadda kiened waħda ta’ diżubbidjenza ċivili paċifika fil-kuntest ta’ ċirkustanzi estremi. Qabel l-azzjoni tal-Ħamis, għaqdiet u eluf ta’ ċittadini kienu ġa kontinwament qed jesprimu r-rabja tagħhom għal Fuel Service Station Policy, li tippermetti li jinbnew hekk imsejħa pompi tal-petrol enormi fuq art ODZ. L-awtoritajiet stess ammettew li din il-policy hija ħażina u għandha tinbidel. Imma baqa’ ma sar xejn. Inħarġu stqarrijiet, intbagħtu emails lill-PA, inkitbu artikli u saru konferenzi stampa – kollu għal xejn. Kulħadd ġie kompletament injorat. Dan juri kif il-poter tal-iżviluppaturi  ħarab barra l-kontroll demokratiku, bir-riżultat li pajjiżna qed jinqered b’mod mgħaġġel u l-futur tagħna fuq din il-gżira qed jispiċċa mhedded. Għalhekk, hekk kif għamilna eżattament sentejn ilu meta ftaħna bil-forza il-gradi ta’ Manoel Island, il-Ħamis li għadda għamilna azzjoni diretta biex inwaqqfu dan il-ġenn," temmew jgħidu tal-Graffitti. 

More in Politika