Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Police Association (MPA) fi stqarrija sostna illi ma jistax ma jinnotax "b’dispjaċir il-kummenti ta’ kundanna li saru mill-Prim Ministru fuq dak li ġara l-bieraħ ġewwa l-bini tal- Awtorita tal-Ippjanar."
Ara hawn dak li ġara lbieraħ
Fl-istqarrija l-MPA sostniet illi mkien ma deher fil-filmati ta' dak li seħħ ilbieraħ li l-Pulizija użaw il-forza.
"Il-pulizija għamlet dak li kellha dmir li tagħmel u ħarget lil dawk li kienu qed jipprotestaw 'l barra minn din il-binja fejn kienu daħlu b’mod abbużiv u bl-intenzjoni li jfixxklu laqgħa li kienet għaddejja dak il-ħin."
L-MPA tgħid li saret talba biex dawn joħorġu bil-kelma t-tajba pero dawn "m'obdewx l-ordnijiet."
"Allura hawn hekk nixtiequ nistaqsu; x’qedgħin jippretendu l-politiċi tagħna meta l-pulizija jkunu affaċċjati b’sitwazzjoni bħal din, forsi jixtiequ li nibqgħu passivi u nħallu lil kulħadd jaghmel li jrid?"