Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Malta bl-akbar qabża fil-prezzijiet tal-proprjetà fid-dinja - Indiċi ta' Knight Frank

Indiċi tal-kumpanija Knight Frank juri lil Malta tirreġistra żieda ta' 17% fil-prezz tal-proprjetà...

Albert Gauci Cunningham / 14 ta' Settembru 2018 13:23
Malta saret il-pajjiż bl-akbar qabża fil-prezz tal-proprjetà, tant li issa huwa iktar għoli biex tixtri post f'Malta milli huwa f'Hong Kong. Dan jirriżulta minn indiċi globali tal-prezzijiet tal-proprjetà li sar mill-kumpanija Knight Frank, stabbilita f'Londra u li ilha topera mill-1896. 

Dan l-indiċi qed jindika li l-prezzijiet tal-proprjetà f'Malta żdied bi 17% fi tliet xhur li wasslu għal Ġunju meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. 

Hawn hu l-artiklu li deher fuq is-sit Bloomberg aktar kmieni illum

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook