Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Il-PM Muscat 'diżappuntat' bil-mod kif il-Pulizija trattaw lil tal-Graffitti

Muscat jagħmilha ċara illi ma jridx jerġa jara dak li ġara lbieraħ iseħħ mill-ġdid...

Albert Gauci Cunningham / 14 ta' Settembru 2018 12:16
Il-PM jitkellem dwar l-azzjoni fil-konfront ta' Graffitti
Il-Prim Ministru Joseph Muscat wera' d-diżapprovazzjoni u d-diżappunt tiegħu għal mod kif il-Pulizija trattaw lil dawk li marru jipprotestaw ilbieraħ fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar. Hu kien qed jagħti kummenti lil ġurnalist ta' The Times, waqt li kien qed iwieġeb lill-ġurnalisti fi tmiem attività illi kellu.  

Hu għamilha ċara li ma jridx jerġa jara dak li ġara lbieraħ jirrepeti ruħu u qal illi kellem lil min kellu jkellem (mingħajr ma speċifika)  biex iwassal dan id-diżappunt. 

Appella wkoll biex smigħ bħal dak tal-Awtorità tal-Ippjanar isiru dejjem fis-serenità filwaqt li fakkar illi drabi oħra, meta saru protesti u kien hemm ukoll il-Pulizija, "ma rajniex dawn ix-xeni."

Fakkar ukoll illi l-eżitu tal-Awtorità kien favur il-kawża ta' Moviment Graffitti. 

Ara x'ġara ilbieraħ hawn. 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook