Qorti | Jinżamm arrestat wara kummenti razzisti fuq il-Facebook jumejn ilu

Raġel ta' 31 sena jinżamm arrestat wara kummenti li ħalla, jinċita l-vjolenza razzjali

Raġel ta' 31 sena inżamm arrestat wara li kien akkużat illi ħalla kummenti razzjali ta' theddid fuq Facebook. 

Hu kien akkużat illi fl-10 ta' Settembru inċita lil persuni biex jiksru l-liġi, li uża l-midja soċjali biex jhedded li jwettaq att kriminali u li uża kliem ta' theddid jew ġab ruħu b'intenzjoni li jinċita vjolenza motivata razzjalment. 

Ir-raġel huwa wkoll riċediv. Huwa wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrieh. 

Ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest u allura inżamm arrestat. 

 

More in Politika