Giegold; 'Oħorġu l-flus kriminali 'l barra minn Malta'

L-MEP tal-Ħodor Sven Giegold jinsisti illi l-Kummissjoni Ewropea qed tħalli lil stati membri jgħaffġu fuq ir-regoli ta' ħasil ta' flus

L-MEP tal-Ħodor Sven Giegold
L-MEP tal-Ħodor Sven Giegold

"Il-ħasil tal-flus huwa riskju ta' sigurtà fl-Ewropa u allura l-Ewropa trid tnixxef l-iffinanzjar tat-terroriżmu kemm jista jkun malajr...l-Ewropa jeħtieġ timbutta flus kriminali 'l barra mill-Latvja, Ċipru, Malta u L-Estonja kif ukoll mis-suq tal-proprjetà tal-Ġermanja." Hekk sostna l-MEP tal-Ħodor Sven Giegold li kien Malta ukoll is-sena l-oħra f'delegazzjoni li ġiet pajjiżna biex tevalwa l-istat tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

Fl-indirizz annwali tiegħu l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker ħabbar żewġ inizjattivi leġislattivi, bħala tweġiba għal serje ta' skandli ta' ħasil ta' flus li jinvolvu banek Ewropej. 

F'reazzjoni Giegold f'isem il-Ħodor Ewropej sostna illi l-Kummissjoni Ewropea għal wisq żmien ħalliet stati membri "jgħaffġu fuq ir-regoli Ewropej kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu."

Giegold reġa semma l-Malta, flimkien mal-Latvja, l-Estonja, l-Olanda u d-Danimarka u qal li l-iskandli ta' ħasil ta' flus f'dawn il-pajjiżi huma riflessjoni tal-falliment tal-awtoritajiet lokali kontra l-ħasil tal-flus, fil-każ ta' Malta l-FIAU. "Huwa għalhekk loġiku li l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Uffiċċju Pubbliku tal-Prosekutur ikunu responsabbli għall-infurzar," sostna Giegold. 

 

More in Politika