Qorti | Liam Debono kien diġà hedded Pulizija darb'oħra

...jirriżulta mill-Qorti illi l-akkużat kien beda juża d-droga fl-età ta' disa' snin u li kienet tagħtihielu ommu...

Liam Debono beda jagħmel użu mid-drogi meta kellu disa' snin. 

Hekk irriżulta mix-xhieda li qed tingħata fil-Qorti illum fil-każ kontra l-istess Debono li qed ikun akkużat illi kkaġuna feriti gravi u li kkawża feriti gravi lill-Kuntistabbli Simon Schembri meta saq fuqu. Irriżulta wkoll li fil-karozza instabu d-drogi dakinhar li seħħ l-inċident li ħalla membru tal-korp tal-Pulizija għall-mewt. "Hu kien ipejjep bejn 3 u 4 grammi ħaxixa tal-kannabis kuljum minn meta kellu 9 snin u ommu kienet tagħtihielu biex joqgħod kwiet," xehed l-Ispettur Malcolm Bondin.

Debono kien imwaqqaf minn membri tal-RIU wara li kien deher jimmanuvra bil-karozza b'mod suspettuż. Hu kien saq u ħalla warajh lil Schembri mal-art isofri minn ġrieħi gravi. Il-Kuntistabbli kien taħt il-karozza ta' Debono waqt li dan beda jimmanuvra.  

Il-Maġistrat Joe Mifsud sema' kif Debono kien diġà arrestat darba oħra wara li kien twaqqaf milli jsuq rota bla pedali u brejkijiet. Dakinhar hu kien hedded lill-pulizija

L-Avukat difensur Amadeus Cachia talab għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat u insista li issa li xehed kulħadd m'hemmx ċans li tkun mbagħbsa x-xhieda" u lanqas hemm ċans li Liam Debono jaħrab mill-pajjiż."

L-avukat qal li qed issir kruċjata kontra l-klijent tiegħu u fakkar illi dan għadu innoċenti. Fakkar ukoll illi għalkemm qed ikun akkużat b'diversi offiżi, ma jfissirx li l-akkużi se jibqgħu kollha l-istess u mhux se jinbidlu, biċ-ċans li jekk ħati l-pieni jkun inqas għal Debono. 

More in Politika