Filmat | Timsaħ saqajha ma' wiċċ Daphne u tgħajjat 'giddieba' u 'saħħara'

...joħroġ filmat ta' ġlied u għajjat fi Triq ir-Repubblika...għajjat ta' 'saħħara', 'giddieba' u 'b*tch'

Ftit ħin ilu ħareġ filmat ta' mara tneħħi ir-ritratt ta' Daphne Caruana minn mal-Monument tal-Assedju l-Kbir, timsaħ saqajha fih u jibda l-għajjat bejnha u  xi tfajliet li kienu fil-post. L-inċident seħħ qabel ma l-monument ingħalaq bi 'scaffolding' għar-restawr. Il-filmat li ttella' mis-sit LovinMalta juri argument li kien se jisħon sew kieku mhux għal raġel li żamm lil mara in kwistjoni. Minn naħa l-oħra t-tfajliet li kienu fil-post bdew jgħajjruha 'b*tch' u jfakkruha li Caruana Galizia għandha familja.F'ħin minnhom waħda mit-tfajliet tgħid, 'mhux se nitħallat ma' dawn it-tip ta' nies.'

Ħafna mill-protesti kif ukoll mixjiet li saru biex ifakkru l-ħajja u x-xogħol ta' Caruana Galizia laħqu l-qofol quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir. Dan minħabba li jiġi quddiem il-Qorti, minn fejn mijiet ta' nies jesiġu li għandha ssir ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia, li nqatlet f'karozza bomba nhar is-16 ta' Ottubru 2017. Naturalment, ħafna nies oħrajn ma qablu xejn mat-tqegħid ta' fjuri u saħansitra kienet saret mozzjoni mill-Kunsillier Laburista tal-Belt Valletta Ray Azzopardi biex dawn ix-xemgħat, fjuri u ritratti jitneħħew. L-argument kien u baqa' illi dan huwa monument nazzjonali ta' għaqda u ma kienx idoneu li jsir post fejn titfakkar persuna illi ħafna kienu u għadhom jarawha bħala diviżiva. 

More in Politika