'Sew jagħmlu jtajruhom (lill-Pulizija) u jibqgħu sejrin' - Tkompli l-mibgħeda fil-midja soċjali

Kumment jiġġustifika vjolenza fuq il-pulizija minħabba ċitazzjonijiet....

Il-mibgħeda u l-ħdura mhumiex karatteristiċi sbieħ fi bniedem imma hawn min donnu ma jiddejjaq xejn jurihom dawn il-karatteristiċi, speċjalment jekk lejn il-Pulizija, awtorità jew lejn xi ħadd li miegħu ma jaqbilx. 

Storja fuq il-midja tal-Partit Laburista dwar ċitazzjonijiet ġabet reazzjonijiet diversi, fosthom ta' persuna li ħassitha komda biżżejjed biex quddiem pajjiż sħiħ (fuq Facebook)  tgħid 'sew jagħmlu jtajruhom (lill-Pulizija) u jibqgħu sejrin', probabli f'referenza għall-inċident li kien jinvolvi lill-Kuntistabbli Simon Schembri. 

Ma' dan is-sit Sandro Camilleri li jmexxi l-Police Officers Union sostna illi hija verament ħasra illi l-Pulizija jiġu trattati b'dan il-mod, speċjalment meta dawn qed jiġu insulentati għax qed jagħmlu xogħolhom kontra s-sewqan b'veloċità li taqbeż il-limitu legali. 

It-tixrid ta' mibgħeda u l-inċitar tal-vjolenza kontra persuna, grupp ta' persuni, minoranzi jew organizzazzjoni huwa reat.

It-thedid u l-inċitar ta' vjolenza...
It-thedid u l-inċitar ta' vjolenza...

 

More in Politika