Il-baġit li jmiss se jitressaq fit-22 ta' Ottubru

...dan il-baġit mistenni jkollu aċċenn partikolari fuq is-settur tal-housing 

Il-Ministru Edward Scicluna iressaq il-Baġit għas-sena 2018
Il-Ministru Edward Scicluna iressaq il-Baġit għas-sena 2018

Il-Baġit, eżerċizzju finanzjarju li jkun segwit minn bosta minħabba li ġeneralment fih jitħabbru miżuri għal diversi setturi, se jitħabbar nhar it-Tnejn 22 ta' Ottubru. 

Għalkemm s'issa ma nafux x'miżuri se jkun fih, dan is-sit jifhem li se jkun hemm diversi miżuri u inċentivi biex jindirizzaw il-problema li qed jiffaċċjaw diversi persuni fil-housing. Huwa mifhum li apparti miżuri partikolari proposti mill-Malta Developers' Association (MDA), kif żvelat mill-gazzetta ILLUM, se tkun mħabbra (ftit qabel jew mal-baġit stess) il-White Paper tant mistennija dwar il-kirjiet privati.

Il-baġit se jkun qed jitħabbar fi klima ekonomika pożittiva u fid-dawl ta' sfidi partikolari, speċjalment il-prezz tal-proprjetà u l-kirjiet u żieda fil-prezz tal-ikel, li huwa l-akbar kontributur għall-inflazzjoni.  

More in Politika