Casa jerġa jitlob lill-Pulizija jieħdu azzjoni kontra l-Ministru Konrad Mizzi

....jgħid lill-MONEYVAL  biex tinvestiga l-mod kif l-FIAU proċessat l-informazzjoni dwar '17 Black'

MONEYVAL huwa l-korp permanenti ta’ monitoraġġ kontra l-ħasil tal-flusn tal-Kunsill tal-Ewropa. MONEYVAL se jevalwa l-konformità ta 'Malta mal-liġijiet ta’ kontra l-ħasil tal-flus l-infurzar tagħhom f’Novembru li ġej.

Fir-rigward tar-rapport tal-FIAU L-MEP David Casa qed jitlob azzjoni tal-pulizija kontra l-Ministru Konrad Mizzi, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa ddikjara li "element kruċjali tar-rapport dwar Mizzi huwa r-rwol ta’ 17 Black, kumpanija li skont il-korrispondenza bejn Nexia BT u Mossack Fonseca, kellha tħalli €150,000 kull xahar kemm lil Konrad Mizzi kif ukoll lil Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru."

Ana Gomes fi tweet il-ġimgħa l-oħra qalet li l-FIAU kienet konxja mill-identità tal-Ultimate Beneficiary Owner- (jiġifieri s-sid aħħari)  ta’ 17 Black minn Frar 2018."Huwa rilevanti li wieħed jinnota li l-FIAU ma ċaħditx dan. Is-sid ta’ 17 Black jista' tipprovdi evidenza ulterjuri ta’ korruzzjoni ta' livell għoli u attività kriminali għad-detriment tal-poplu Malti. Jekk l-UBO jiġi żvelat bħala persuna jew entità konnessa ma’ proġett li għalih Mizzi u Schembri kienu responsabbli, l-implikazzjonijiet ikunu serji u ta' firxa wiesgħa. Dan jista’ jimplika wkoll li attività kriminali tista' tkun għaddejja."

"F'Novembru, MONEYVAL se jkun f'pożizzjoni li jistabbilixxi d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-FIAU bħala foloz u dan jindika l-ħtif politiku ta’ din l-istituzzjoni", iddikjara Casa.

David Casa talab lil MONVEYVAL biex, waqt l-evalwazzjoni f’Novembru, jikkunsidra, "l-livell ta’ qerq meta tpoġġew dubji dwar l-awtentiċità tar-Rapport dwar Mizzi bl-intenzjoni li jipprovdi lill-politiċi kkonċernati b'mezzi li jisfidaw b'mod falz l-eżattezza tar-rivelazzjonijiet li saru. Iċ-ċirkostanzi li fihom l-FIAU tat informazzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jipproċedu kontra l-media u jekk dan sarx fuq talba tal-politiċi li kienet qed tinvestiga u l-azzjoni meħuda wara li l-FIAU kienet infurmata dwar l-identità tal-UBO ta’ 17 Black. 

Casa jitlob li MONEYVAL tinvestiga jekk saritx investigazzjoni aktar wiesgħa dwar l-UBO ta’ 17 Black immedjatament u jekk hiex qed issir mingħajr interferenza politika u "n-nuqqas ta’ azzjoni kontra Nexia BT bi ksur tal-obbligi tal-FIAU skont il-liġijiet kontra l-ħasil tal-flus."

 

More in Politika