Titħabbar il-mewt tal-Professur Anġlu Psaila

Psaila kien magħruf bħala speċjalista tat-tfal u kardjologu kliniku u kien jippreżenta u jieħu sehem f'diversi programmi relatati mas-saħħa

Psaila dakinhar li ngħata Ġieħ ir-Repubblika
Psaila dakinhar li ngħata Ġieħ ir-Repubblika

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-Professur Anġlu Psaila speċjalista tat-tfal magħruf u kardjologu kliniku.

Psaila, li miet fl-età ta’ 81 sena kien magħruf ukoll għas-sehem tiegħu fil-politika fejn għal diversi snin kien kandidat tal-Partit Laburista

Huwa kien jippreżenta u ħa sehem f'diversi programmi relatati mas-saħħa u fl-2013 kien ingħata Ġieħ ir-Repubblika għall-kontribut tiegħu fil-qasam tal-mediċina.

Fi stqarrija, il-Partit Laburistaqal li l-Professur Psaila mhux biss kien jispikka għall-għerf tiegħu iżda wkoll għall-mod kif dan l-għerf kien jipprova jxerrdu fost il-pubbliku b’mod partikolari permezz tal-midja.

More in Politika