Iktar minn kilo eroina tinstab moħbija f'gallinar fis-Siġġiewi

Ġuvni ta' 33 sena flimkien ma' raġel ta' 42 sena, arrestati...

(Arkivji)
(Arkivji)

Ilbieraħ tard waranofsinhar, membri  mill-Iskwadra  ta’  kontra  d-Droga  assistiti  mill-Pulizija  tas-sezzjoni tal-klieb, għamlu tfittxija f’razzett fis-Siġġiewi minn fejn ġie elevat iktar minn kilo sustanza, suspettata li hija eroina li kienet moħbija ġo gallinar. Wara  aktar  investigazzjonijiet il-Pulizija elevat ukoll ammont iżgħar ta’ sustanza bajda suspettata li hija kokaina li kienet moħbija ġo vettura. Din il-vettura kienet qed tiġi użata minn ġuvni ta’ 33 sena residenti Ħal Qormi.

Il-ġuvni  flimkien ma’ sid  ir-razzett,  raġel  ta’  42  sena  mis-Siġġiewi,  ġew  arrestati  u  meħuda  fil- Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija li għadhom għaddejjin. Il- Maġistrat  tal-Għassa ġiet  infurmata  bis-sejba  u ordnat li  ssir inkjesta. Hi ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Mhux eskluż li ż-żewġt irġiel jitressqu l-Qorti taħt arrest għada b’rabta ma’ din is-sejba tad-droga.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Wieħed mir-ritratti tal-qabda ta' droga...
Wieħed mir-ritratti tal-qabda ta' droga...

More in Politika