L-impjegati ta' Mater Dei jitlaqqmu kontra l-ħożba Ġermaniża u l-gattone

Din is-sena biss ġew irrappurtati 42,000 każ tal-ħożba fl-Ewropa

L-istaff tal-Isptar Mater Dei beda jitlaqqam kontra l-ħożba Ġermaniża u l-gattone hekk kif din is-sena ġiet osservata żieda fir-rata ta' dawn il-kundizzjoni fl-Ewropa.

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega kif filwaqt li fl-2016 kienu rreġistrati 5,000 każ tal-ħożba, bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena l-każijiet rrappurtati laħqu l-42,000.

Qal ukoll li fl-aħħar snin f'Malta kien hawn sitt każi tal-ħożba Ġermaniża. Ħamsa minn dan il-pazjenti kienu barranin u l-kundizzjoni ħarġet ukoll lil infermier li kien f'kuntatt magħhom.

F'Malta 94% tat-tfal jieħdu l-ewwel tilqima kontra dawn il-kundizzjonijiet, filwaqt li 91% minnhom jieħdu t-tieni tilqima.

Maltul l-istess konferenza, il-Ministru Fearne qal li mil-lum bdew jaħdmu 100 infermier ġdid f'Mater Dei.

Qal kif din is-sena l-ammont ta’ infermiera għandhom jiżdiedu b’200. Fil-preżent hemm 3,300 infermier u infermiera.

More in Politika