Sewwieq ta' mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn tliet vetturi

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq Marina fl-Imsida

Sewwieq ta' mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku bejn tliet vetturi fl-Imsida.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart fi Triq Marina.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 24 sena, karozza oħra misjuqa minn raġel ta' 33 sena u l-mutur li kien qed jinstaq minn raġel ta' 53 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Għal xi ħin, parti mit-triq kellha tingħalaq għat-traffiku.

More in Politika