Se jinfetħu ż-żewġ karreġġjati ġodda fil-Marsa-Ħamrun Bypass

Infrastructure Malta saħqet li dan il-proġett, li mistenni jtaffi t-traffiku li jinġema taħt il-mina ta' Santa Venera, wasal fi tmiemu

Se jkunu qed jinfetħu żewġ karreġġjati ġodda f'dik magħrufa bħala l-Marsa Ħamrun Bypass bil-għan li din it-triq titwessa' u t-traffiku jinqasam aħjar.

Fi stqarrija, Infrastructure Malta saħqet li l-proġett ta' twessigħ f'din il-Bypass wasal fil-fażi finali tiegħu.

Dan il-proġett qed isir b'investiment ta' €5 miljun.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg kien spjega li kellhom jittieħdu partijiet mill-artijiet li kellhom il-bdiewa bi qbiela bil-għan li tkun tista' titwessa din it-triq u jittaffa t-traffiku li jeħel taħt il-mina ta' Santa Venera.

Apparti l-karreġġjati l-ġodda, ix-xogħol kien jinkludi wkoll tisħiħ tas-servizzi tad-drenaġġ, l-ilma u l-elettriku tal-inħawi.

More in Politika