Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Malta fost l-aktar pajjiżi b'governanza tajba - skont DBRS

Il-credit rating agency tikkonferma rating tajjeb għal Malta...tgħid m'hemmx riskji immedjati minħabba prezzijiet tal-proprjetà

Albert Gauci Cunningham / 18 t'Awwissu 2018 10:26
Il-Gvern, fi stqarrija wara r-rapport tad-DBRS li kkonferma ir-rating ta' pajjiżna bħala 'A High' fakkar illi dik tad-DBRS huwa t-tieni rating pożittiv għal pajjiżna. Ir-rapport ta’ DBRS jinnota wkoll kif Malta tinsab fl-ewwel 25 post fid-dinja f'dak li jirrigwarda governanza. 

"Filwaqt li hemm min f’pajjiżna jipprova jpinġi sitwazzjoni ta’ tnaqqis fis-saltna tad-dritt mill-2013 ’l hawn, DBRS tirrimarka li bidliet fir-ranking ta’ pajjiżna bdew fl-2007."

"Kontra dawk li jiffukaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-bank Pilatus, ir-rapport ta’ DBRS jinnota li dan hu “a small bank with no systemic implications”," ikompli jgħid il-Gvern. 

"B’kuntrast għal uħud mill-kelliema tal-Oppożizzjoni, l-esperti ta’ DBRS mhumiex inkwetati dwar is-settur bankarju Malti. Fil-fatt, fir-rapport tagħhom, jiddeskrivu lill-banek Maltin bħala konservattivi u b’livelli ta’ profitabilità u ta’ likwidità tajbin ħafna. L-esperti barranin jinnutaw ukoll li bis-saħħa tat-titjib fir-regolazzjoni tal-banek (“tighter regulatory requirements”) kif ukoll l-andament pożittiv tal-ekonomija tagħna, il-banek huma f’pożizzjoni aħjar minn qabel."

"Rigward il-prezzijiet tal-proprjetà, ir-rapport ta’ DBRS jgħid li m’hemmx “immediate risks” minħabba l-qagħda tajba finanzjarja tal-familji f’pajjiżna kif ukoll il-prattiċi prudenti tal-banek."

"Quddiem ċertifikat pożittiv ieħor il-gvern itenni r-rieda tiegħu li jżid il-pass ta’ riformi ħalli l-qagħda ekonomika u soċjali ta’ pajjiżna tkompli tissaħħaħ fiż-żmien li ġej."

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook