Lura l-Qorti wara tlett ijiem...din id-darba għax gidem lil żewġ pulizija

Preċedentement kien akkużat b'vjolenza domestika...

Raġel li gidem żewġ pulizija li kienu se jieħduh f'xelter ta' persuni li m'għandhomx fejn jgħixu, inżamm taħt arrest. 

Ir-raġel, li ġej minn Burkino Faso deher quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja dalgħodu kien akkużat illi attakka u rreżista lill-pulizija filwaqt li weġġa' liż-żewġ uffiċjali, li kienu qed jaqdu dmirhom. Huwa kien akkużat li meta attakkahom ikkaġunalhom feriti ħfief, kien akkużat li m'obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija, li heddidhom, li kiser il-paċi pubblika u li hu riċediv. 

Dan ir-raġel kien diġa l-Qorti tlett ijiem ilu biss fuq akkużi ta' vjolenza domestika. Hu kien ordnat ma jersaqx lejn  il-vittma, liema ordni hu ma obdiex. 

Huwa gidem lill-pulizija meta dawn kienu qed jeskortawh lejn Dar Papa Franġisku. 

It-talba biex jingħata l-ħelsien mill-arrest ma kinitx milqugħa. 

More in Politika