'Nibża' li ħajti f'riskju u nibża' għas-sigurtà tal-familja tiegħi'

Intervistat mill-euobserver Simon Busuttil jikkritika lil Muscat għall-mod kif żamm għandu inkjesta 'Egrant' u qed jagħti l-informazzjoni ftit, ftit lill-midja li tappoġġjah...

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sostna li wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia qed jibża' għal ħajtu u għas-sigurtà tal-familja tiegħu. 

Busuttil ifakkar illi bħalissa fil-Qorti għaddejjin tliet inkjesti bl-akbar pressjoni, jgħid li qed tinħoloq fuq l-inkjesta li titratta l-Panama Papers u li turi illi l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff f'Kastilja Keith Schembri kienu fetħu kumpaniji fil-Panama. 

Filwaqt li jfakkar f'memes illi daru mal-internet dwaru illi miet, Busuttil jgħid illi llum hu qed jibża' li ħajtu tinsab f'riskju u qed jibża' wkoll għas-sigurtà tal-familja tiegħu

"Inħoss li hemm riskju minħabba Daphne. Kieku l-qtil ta' Daphne ma ġarax, ma kontx nibża' għal ħajti," sostna Busuttil.

Dwar l-inkjesta Egrant Busuttil qal li l-Prim Ministru qed jagħti informazzjoni li għandu ftit, ftit "permezz tal-għodda tal-istat li jinsabu f'idejh u ħafna mill-midja li hija favur il-Gvern." 

"Jiena wieħed mill-ftit li għadhom ma qatgħux qalbhom u għalhekk il-kampanja kontrija tant hija b'saħħitha." 

More in Politika