Casa għand il-Pulizija wara li Scicluna jagħmel 'like' fuq kumment li jinċita l-qtil tiegħu

'Ħaqqu l-forka' u l-Ministru Scicluna jagħmel 'like'...David Casa għand il-Pulizija

Kumment taħt messaġġ li ħalla l-Ministru Edward Scicluna jista' jġib lill-persuna li ħallieh fl-inkwiet. Iżda 'like' li jidher li ħalla l-Ministru Scicluna fuq l-istess kumment jista' jħalli lill-Ministru f'inwkiet akbar. 

Persuna partikolari sostniet li l-MEP David Casa għandu jingħata l-forka, taħt kumment tal-Ministru Edward Scicluna li jakkuża lil Casa illi qed iħammeġ lil Malta barra minn xtutna. Taħt dan il-messaġġ kien hemm 'like' tal-Ministru Scicluna.

Casa qal li huwa se jagħmel rapport lill-pulizija kontra l-persuna li ħalliet l-messaġġ u kontra l-Ministru li "ħalla lilu nnifsu jkun parti minn sforz li jagħlaq ħalq min jitkellem dwar il-ġustizzja u l-kontabilità." 

Casa rrimarka kif il-'like' kienet ilha hemm siegħat sħaħ filwaqt li qal illi t-tmexxija ta' Scicluna tal-finanzi tal-pajjiż tista' tipperikola s-settur finanzjarju ta' pajjiżna. 

More in Politika