Ir-reġina tal-mużika 'Soul' tmut fl-età ta' 76 sena

Aretha Franklin, il-mara ta' 'Respect', 'Think' u 'Say a Little Prayer' tmut wara battalja twila kontra l-kanċer

Aretha Franklin (1942-2018)
Aretha Franklin (1942-2018)

Aretha Franklin, magħrufa bħala r-reġina tal-mużika 'Soul' mietet iktar kmieni illum fl-età ta' 76 sena. Telfa kbira ħafna għall-industrija tal-mużika u għal dawk kollha li jħobbu l-mużika 'Soul'

Hija magħrufa għal diski bħal 'Respect', 'Think' u 'Say a Little Prayer' 

Hija mietet wara snin tbati minn kanċer fil-frixa u wara li l-qagħda tas-saħħa tagħha wasslet biex numru ta' kunċerti kellhom ikunu ikkanċellati. 

Wara l-aħħar album Franklin kienet ħabbret illi se tirtira mix-xena tal-mużika. Franklin kellha 17-il diska li għamluha fil-lista tal-Aqwa 10 (Top Ten) u 22 album li ġew mal-Aqwa 40. Kellha 20 diska u 10 albums li laħqu l-quċċata fil-Billboard’s R&B/Hip-Hop lists u rebħet 18-il Grammy Award.

More in Politika