Filmat | Residenti rrabjati hekk kif likwidu iswed maħmuġ jintefa' fil-baħar

Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield isejjaħ għal investigazzjoni...

Il-pajp bil-likwidu ħiereġ minnu għall-baħar
Il-pajp bil-likwidu ħiereġ minnu għall-baħar

Numru ta' nies mill-Kottonera, speċjalment mill-Kalkara, jinsabu ferm irrabjati hekk kif minn pajp fil-blat kien jidher ħiereġ likwidu iswed, donnu mimli b'dud mejjet. Dan l-ilma qed joħroġ fil-bajja tar-Rinella, li hija l-unika bajja fiż-żona tal-Kottonera. 

Id-Deputat Laburista fuq it-tieni distrett, Glenn Bedingfield, sejjaħ għal investigazzjoni biex l-awtoritajiet jaraw minn fejn ġej dan il-likwidu maħmuġ li qed iħammeġ l-ibħra tal-Port il-Kbir. 

Kollox beda b'filmat iktar kmieni minn resident, fuq Facebook li qal illi dan l-ilma qed iħalli riħa tinten ħafna.  

More in Politika