Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Il-Bank Pilatus jitlob lil David Casa jitira l-immunità tiegħu minn jeddu

...jakkużah bi frame up elaborat bl-għajnuna ta' Maria Efimova

Albert Gauci Cunningham / 10 t'Awwissu 2018 11:24
"Fid-dawl tal-konlużjonijiet tal-inkjesta Egrant Inc huwa ċar illi l-MEP David Casa pparteċipa fi 'frame up' elaborat flimkien ma' persuna li qed taħrab il-liġi, Maria Efimova." 

Hekk sostna il-Bank Pilatus fi stqarrija, li fakkar kif Casa kiteb 50 ittra lill-diversi awtoritajiet finanzjarji u f'kollha kemm huma, hu qal li kien hemm evidenza ta' ħasil ta' flus fil-Bank Pilatus.   

"Illum il-konklużjonijiet ta' Casa huma ppruvati foloz u fabrikazzjonijiet...u differenti ħafna mill-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant Inc li juru kif m'hemmx evidenza li turi illi Joseph Muscat, Michelle Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u John Dalli kienu involuti f'korruzzjoni, ħasil ta' flus jew tranżazzjoninijiet suspettużi minn kontijiet fil-bank ta' Persuni Esposti Politikament (PEPs) mill-Ażerbajġan. 

Il-bank qal li Casa meta pproduċa rapport tal-FIAU "nesa jsemmi illi minn dak ir-rapport u wara diversi drabi li l-FIAU marret tispezjona l-bank kienu stabbiliti l-fatti u l-istqarrijiet oriġinali tal-FIAU dwar il-bank kienu rtirati."

                                          Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat wħud mid-dettalji tat-tieni rapport tal-FIAU

 Il-Bank Pilatus talab lil Casa biex jimxi mal-prinċipji li dejjem jgħid li jħaddan u jkun hu minn jeddu li jirtira l-immunità tiegħu bħala Membru Parlamentari Ewropew sabiex "ikun ġustament imfittex fil-Qrati għall-ħsara enormi lill-Bank Pilatus u lil ħafna familji Maltin u Għawdxin."

                                       Il-gazzetta ILLUM żvelat illi l-FIAU se titlob lill-PE biex titneħħa l-immunità ta' Casa

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook