Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Kważi 90,000 Nazzjonalist għadhom mhux qed jagħtu raġun lil Delia dwar Busuttil

B'48% il-votanti Laburisti iktar qed jagħtu appoġġ lid-deċiżjoni ta' Delia li jitlob għas-sospensjoni ta' Simon Bususttil, milli n-Nazzjonalisti

Albert Gauci Cunningham / 9 t'Awwissu 2018 13:53
Delia u Simon, meta tal-aħħar irriżenja minn Kap tal-PN | Ritratt James Bianchi
Kif kien mistenni u kif kienu jixhdu wkoll diversi messaġġi fuq il-midja soċjali, d-deċiżjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li jitlob għas-sospensjoni ta' Simon Busuttil niżlet ħafna aħjar mal-votanti Laburisti fl-2017, milli ma' dawk Nazzjonalisti. 

                                           Ara għalfejn dan huwa ħażin għal Delia fl-aħħar analiżi tal-gazzetta ILLUM

Fil-fatt, l-aħħar sondaġġi magħmulin mill-Kamra tal-Aħbarijiet tagħna Mediatoday u ppublikati fuq il-gazzetta Maltatoday juru kif 48% ta' dawk li vvutaw PL fl-aħħar elezzjoni jemmnu li Delia għamel sew li talab għas-sospensjoni ta' Busuttil. 

Mal-votanti tiegħu iżda din id-deċiżjon ma kinitx daqstant popolari. 

Fl-aħħar elezzjoni 135,696 persuna vvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Minn dawn 15% illum jemmnu li huwa l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil li kellu raġun f''dak li ġara bejnu u Delia. Dan jammonta għal 20,354 votant Nazzjonalist li jemmnu lil Busuttil. 

12% tal-votanti Nazzjonalisti, jew 16,283, la jemmnu li kellu raġun Delia u lanqas Busuttil. 

Minn naħa l-oħra 38.9%, jew 52,785 votant Nazzjonalist, ma jafux jekk kellux raġun Delia jitlob għas-sospensjoni jew Busuttil li rrifjutaha. 

Dan ifisser li 89,422 persuna li fl-aħħar elezzjoni vvutat PN għadhom mhux qed jemmnu li Delia, bħala Kap tal-PN kellu raġun.

L-istess sondaġġi juru kif jekk jemmnux lil Busuttil aktar jew inqas minn qabel 65.7% tal-votanti Nazzjonalisti qalu li għadhom jemmnu lil Busuttil daqs qabel. 

Ara kif il-PL għandu swing ta' 12,000 vot favurih fost l-iswitchers il-ġodda, għalkemm qed jitlef mas-17,000 persuna lill-PN

Ara kif 16% tal-votanti Nazzjonalisti fl-2017 illum jafdaw aktar lil Joseph Muscat. 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook