29,000 'Nazzjonalist' jivvutaw PL u 17,000 'Laburist' jivvutaw PN...kieku ssir elezzjoni llum

Ħarsa lejn l-'iswitchers' l-ġodda fl-aħħar sondaġġi turi swing ta' 12,000 favur il-Partit Laburista...

L-aħħar sondaġġi juru illi għad hemm swing favur il-PL fost l-iswitchers
L-aħħar sondaġġi juru illi għad hemm swing favur il-PL fost l-iswitchers

Is-'switchers' dejjem kienu importanti biex partit jirbaħ u importanti biex jiddeterminaw id-distakk bejn iż-żewġ partiti. L-aħħar 'ritratt' tas-sitwazzjoni elettorali (sondaġġ ippublikat fuq il-maltatoday il-Ħadd li għadda) juri illi minkejja li l-Partit Laburista jinsab sew min fuq b'mod ġenerali, xorta kien hemm ċaqlieqa mhux insinifikanti ta' voti mill-PL għall-PN. Minkejja dan, iċ-ċaqlieqa ta' voti l-kontra, jiġifieri mill-PN għall-PL, hija ferm akbar. 

Fl-aħħar elezzjoni ġenerali 135,696 persuna vvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Illum 21.2% minn dawn qed jgħidu li jivvutaw lill-Partit Laburista. Dan jammonta għal 28,767 votant. 

Fl-aħħar elezzjoni 170,976 votant ivvutaw lill-Partit Laburista. Illum 9.8% minn dawn qed jgħidu li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Dan jammonta għal 16,755 votant. 

Dan ifisser illi hemm swing ta' 12,000 favur il-Partit Laburista, fost l-iswitchers. 

Is-sondaġġ juri illi kieku ssir elezzjoni illum, wara li ħarġu il-konklużjonijiet tal-inkjesta ta' Egrant, 52% jivvutaw lill-Partit Laburista, 27% lill-Partit Nazzjonalista, 9.7%  ma jivvutaw lil ħadd u 10.6% ma jafux kif jivvutaw. Ammonti insinifikanti jmorru għall-AD U L-PD.

More in Politika