SR Technics tkabbar l-investiment u toħloq 350 impjieg ġdid

Il-kumpanija li tispeċjalizza fil-manutenzjoni tal-ajruplani se tibni hangar ġdid b'investiment ta' €35 miljun

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

SR Technics, il-kumpanija li tispeċjalizza fuq il-manutenzjoni tal-ajruplani, ħabbret li se tkun qed tkabbar l-operat tagħha f’Malta permezz ta’ hangar ġdid li se tkun qed tibni fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi.

Dan l-investiment ta’ €35 miljun tħabbar dalgħodu f’Kastilja. Waqt l-iffirmar tal-ftehim mal-Malta Enterprise, intqal kif dan l-investiment se jkun qed joħloq 350 post tax-xogħol ġdid.

Fost oħrajn, SR Technics tieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-ajruplani tal-linja tal-ajru EasyJet li estendiet il-kuntratt tagħha mal-kumpanija għal ħames snin oħra.

Fl-aħħar xhur, madwar 52 student gradwaw mill-MCAST wara li studjaw u speċjalizzaw fuq il-manutenzjoni tal-ajruplani

More in Politika