It-torri ta' Townsquare jitnaqqas bi ħdax-il sular...biex forsi jkun approvat

...wara li f'Mejju it-Tribunal tal-Appelli waqqa' l-permess 

Il-proġett kif kien ippjanat...
Il-proġett kif kien ippjanat...

Il-proġett Townsquare f'Tas Sliema se jonqos b'37 metru jew inkella 11-il sular u allura se jkollu effett viżiv inqas. Dan hekk kif dan il-proġett  massiċċ reġa tressaq quddiem l-Awtorita tal-Ippjanar. 

Il-proġett se jkun fuq 12,000 metru kwadru ta' art u se jkollu l-istess ammont ta' spazji miftuħin li kellu qabel. Madwar 7.500 metru kwadru se jiffurmaw l-akbar żona pedonali f'Tas Sliema. 

Lura f'Mejju t-Tribunal tal-Appelli tal-Awtorità tal-Ippjanar waqqa’ l-permess li kien ingħata għall-proġett ta’ Townsquare f’Tas-Sliema.

Fid-deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal saħaq li l-proċess għandu jibda mill-bidu għax ma kienx sodisfatt l-istudji li saru dwar dan il-proġett. Ikkritika wkoll b’mod partikolari s-social impact assessment.

Sid il-proġett huwa Townsquare Sliema Ltd. li hija tal-familji Gasan, Ganado, Soler u Trapani Galea. 

 

 

More in Politika