Tgħaddi ta' Salvini! Malta, Franza u l-Ġermanja se jieħdu 50 immigrant kull wieħed mill-450

Pajjiżi jidħlu jsalvaw immigranti li kienu f'ibħra Taljani u li allura kellhom ikunu salvati mill-Gvern Taljan...imma Salvini sabbat saqajh u ma riedx!

(Arkivji)
(Arkivji)

 Malta, Franza u anke l-Ġermanja issa kkonfermaw illi se jkunu qed jieħdu 50 immigrant kull wieħed mill-450 immigrant li l-Gvern Taljan aċċetta li jpoġġi f'dgħajjes tar-ronda, imma li m'aċċettax li jdaħħal fil-portijiet. Il-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini għamilha ċara li l-Gvern Taljan mhux se jaċċetta immigranti fl-Italja, anke jekk id-dgħajsa kienet fl-ibħra ta' Tfittxija u Salvataġġ Taljani. 

L-Italja, bħall-Franza, Ġermanjau anke pajjiżna se jieħdu 50 immigrant. 

Politikament, din kienet 'rebħa' għal Salvini għax minkejja li l-immigranti kienu fl-ibħra Taljani, u allura kellu jkun hu skont ir-regolazzjoni tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li din id-dgħajsa qalet illi d-destinazzjoni kienet lejn l-Italja, numru ta' pajjiżi xorta se jieħdu numru ta' immigranti. Id-dgħajsa kienet l-eqreb għall-port Taljan u allura fl-ibħra Taljani.

Intant iktar kmieni illum numru ta' immigranti li ġew hawn permezz tal-MV Lifeline telqu lejn Lussemburgu. 

Il-15 immigrant li telqu minn pajjiżna...
Il-15 immigrant li telqu minn pajjiżna...

More in Politika